Tipi ta' Ċertifikati

Ċertifikati tat-Twelid, Stat Liberu, Żwieġ, Unjoni Ċivili, Koabitazzjoni u Mewt jistgħu jiġu ordnati online minn fuq https://certifikati.gov.mt u tista’ tirċevihom bil-posta f’indirizz tal-għażla tiegħek.

Iċ-ċertifikati tat-Twelid, Żwieġ, Unjoni Ċivili u Mewt jistgħu jintalbu f’forma ta’ estratt jew sħaħ. Iċ-ċertifikati ta’ Koabitazzjoni u Stat Liberu jinħarġu biss fil-format sħiħ. L-estratt jinkludi d-dettalji prinċipali li għandhom x’jaqsmu mal-Att in kwistjoni, filwaqt li ċertifikat sħiħ ikun jinkludi d-dettalji kollha. Hawn taħt tista’ tara kampjuni sabiex tiddetermina liema format teħtieġ.

Kun infurmat li f’ċerti każi, inklużi separazzjonijiet legali, annullamenti u divorzji, l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku joħroġ biss kopji sħaħ taċ-ċertifikati rilevanti. Mill-banda l-oħra, jista’ jkun hemm istanzi fejn jinħarġu biss kopji estratti.

L-estratti taċ-ċertifikati jiswew €2.50 u ċ-ċertifikati sħaħ jiswew €9.95.

Ċertifikat tal-Istat Liberu jiċċertifika li l-ebda att ta’ żwieġ ma ġie rreġistrat fil-konfront tal-applikant mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fid-dati speċifiċi. Kull ċertifikat jiswa €5.15.

Dokumenti pubbliċi maħruġa taħt ir-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħal ċertifikati tat-twelid, żwieġ, unjoni ċivili, stat liberu u mewt ma jinħtieġux li jkollhom apostille u jistgħu jiġu aċċettati minn awtoritajiet pubbliċi oħra fi Stati Membri oħra. Ċittadini jistgħu jitolbu sabiex mad-dokumenti tkun annessa formola standard multilingwi. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lir-Reġistru Pubbliku fuq +356 2590 4200 jew permezz tal-imejl fuq [email protected]

F’każijiet fejn iċ-ċertifikati jkun meħtieġ li jkunu legalizzati jew apostillati, id-dokumenti għandhom jiġu awtentikati fl-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari (CSO), Taqsima għal-Legalizzazzjoni ta’ Dokumenti Pubbliċi, fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, li jinsab f’binja 18, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta, VLT 1133, Malta. Għal dan is-servizz hemm tariffa addizzjonali ta’ €12.00. Jekk tagħżel li tagħmel użu inti stess minn dan is-servizz, jekk jogħġbok idħol fuq is-sit elettroniku tal- Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ https://affarijietbarranin.gov.mt/


Stampi ta' Ċertifikat Estratt:

Stampi Ta' Ċertifikat Minimu:

Stampi ta' Ċertifikat ta’ Stat Liberu:

Maltese English
Processing Request