Merħba

Certifikati.identita.gov.mt jippermettilek tordna ċertifikati eżistenti tal-istat ċivili mir-Reġistru Pubbliku, inklużi ċertifikati ta’ Twelid, Stat Liberu, Żwieġ, Unjoni Ċivili, Koabitazzjoni and Mewt certificates.

Jekk qed tipprova tordna ċertifikat li għadu kemm ġie notifikat, jekk jogħġbok stenna konferma permezz ta’ SMS jew email li tikkonferma li ċ-ċertifikat ġie rreġistrat qabel ma tordnah.

Iċ-ċertifikati tiegħek jintbagħtu fi kwalunkwe indirizz tal-għażla tiegħek, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Tista’ wkoll tagħżel li tiġbor l-ordni tiegħek mill-uffiċċji tagħna fil-Marsa, Malta, jew Victoria, Għawdex. L-ordnijiet huma normalment ipproċessati fi żmien sitt (6) ijiem ta’ xogħol.

Dokumenti pubbliċi maħruġa taħt ir-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jinħtieġux li jkollhom apostille u jistgħu jiġu aċċettati minn awtoritajiet pubbliċi oħra fi Stati Membri oħra. Ċittadini jistgħu jitolbu sabiex mad-dokumenti tkun annessa formola standard multilingwi. Tista’ titlob apostille jew legalizzazzjoni fuq iċ-ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ, tal-unjoni ċivili, tal-istat liberu u tal-mewt. Madankollu, meta jintuża fl-UE skont ir-Regolament 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-ebda apostille ma hija meħtieġa.

Ir-Reġistru Pubbliku jipprovdi wkoll formoli standard multilingwi tad-dokumenti pubbliċi maċ-ċertifikati tiegħek, meta dawn jintużaw fl-UE. Is-sit Certifikati.identita.gov.mt jippermetti li jsiru tranżazzjonijiet siguri fuq l-internet u għalkemm tista’ tuża din l-applikazzjoni billi timla d-dettalji kollha meħtieġa manwalment, huwa rakkomandat li tilloggja billi tuża l-kredenzjali tal-e-ID.

Ir-Reġistru Pubbliku se jkun qed jitħallas mill-kont ta’ kreditu/debitu tiegħek la darba l-ordni tiġi pproċessata, u ċ-ċertifikat jinħareġ. F’każ li ma jinstabu l-ebda rekords, ma titnaqqas l-ebda miżata mill-kont tiegħek.Jekk teħtieġ aktar informazzjoni, tista’ tikkuntattja lir-Reġistru Pubbliku fuq +356 2590 4200 jew ibgħat email lil [email protected]

Maltese English
Processing Request