Identità ("l-Aġenzija") iżżomm dan is-sit elettroniku sabiex isaħħaħ l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-politiki tagħha b’mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Kemm-il darba l-iżbalji jinġiebu għall-attenzjoni tagħna, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit elettroniku.
Din l-informazzjoni:
Ġentilment kun infurmat li ma jistax jiġi garantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament l-aktar forom u politiki ġodda. L-Aġenzija beħsiebha tirrilaxxa formoli u tippubblika politiki ġodda fuq is-sit elettroniku fl-istess ħin li jidħlu fis-seħħ.
Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħu nħolqu jew ġew strutturati f’fajls jew f’formati li mhumiex mingħajr żbalji, u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ problemi bħal dawn ikkawżati b’riżultat ta’ użu ta’ dan is-sit jew ta’ kwalunkwe sit estern konness ma’ dan is-sit.
Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Aġenzija bi ksur ta’ kwalunkwe rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.