Iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu huma normalment meħtieġa minn dawk il-pajjiżi li jilqgħu kuntratt taż-żwieġ/unjoni ċivili, fejn wieħed jew iż-żewġ konjuġi huma residenti ta' pajjiż ieħor.
Iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu maħruġa mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jiċċertifikaw li l-ebda Att taż-Żwieġ/Att tal-Unjoni Ċivili, li jirreferi għall-applikant, ma ġie rreġistrat f'dan id-Dipartiment matul perjodu ta' żmien speċifikat. Dan huwa kompletament distint mid-dikjarazzjoni li l-applikant huwa waħdu.
Iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu jieħdu erbat ijiem tax-xogħol biex jiġu kompletati u huma meqjusin li għandhom perjodu ta' validità ta' tliet xhur. Minħabba raġunijiet amministrattivi, iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu joħorġu datati għaxart (10) ijiem qabel id-data li tkun applikajt.
Minbarra li dawn jintużaw għall-formalitajiet taż-żwieġ/unjoni ċivili, iċ-Ċertifikati ta’ Stat Liberu jistgħu jkunu meħtieġa wkoll minn persuni li jmorru joqogħdu f'pajjiż ieħor.
Ir-Reġistru Pubbliku (Malta) ma joħroġx Ċertifikat Null'Osta/ L-Ebda Impediment/ L-Ebda Oġġezzjoni. Ittra li tispjega għalfejn ir-Reġistru Pubbliku ma jistax joħroġ Ċertifikat Null'Osta/ L-Ebda Impediment/ L-Ebda Oġġezzjoni tista’ tiġi pprovduta.
Id-dokumenti kollha msemmija hawn fuq, li huma maħsuba għall-użu barra mill-pajjiż, għandhom invarjabilment jiġu awtentikati il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, li jinsab f’binja 18, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta, VLT 1133, Malta.
ImportantiIċ-ċertifikati ta’ Stat Liberu ma jistgħux jiġu ordnati flimkien ma’ ċertifikati awtonomi oħra tat-Twelid, taż-Żwieġ, tal-Unjoni Ċivili jew tal-Mewt. Jekk tipproċedi bil-formola tal-applikazzjoni għal Ċertifikat ta’ Stat Liberu, kwalunkwe ċertifikat tat-Twelid, taż-Żwieġ, tal-Unjoni Ċivili jew tal-Mewt li huwa ordnat jitneħħa immedjatament.
Segwi din il-ħolqa għal kampjun ta' ċertifikat ta' STAT LIBERU.
Segwi din il-ħolqa biex tapplika għal ċertifikat ta’ STAT LIBERU.