Ir-Regolament 2016/679 dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-Data (UE) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (KAP 586 tal-Liġijiet ta’ Malta) jirregola l-ipproċessar ta’ data personali kemm jekk miżmuma elettronikament jew f’forma manwali. Identità hija kommessa li tipproteġi l-privatezza tal-individwi li jżuru s-sit elettroniku https://certifikati.identita.gov.mt/ (is-“Sit”), jilloggjaw fis-Sit bil-kont tal-eID tagħhom ipprovdut mill-Gvern ta’ Malta (eID) u/jew jixtru ċertifikat jew aktar minn dan is-Sit. Din il-Politika dwar il-Privatezza (il-Politika) tingħatalek f'konformità mal-Artikolu 13 Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, u jiddeskrivi l-mod li bih aħna (“aħna”, “Identità”) niġbru l-informazzjoni personali tiegħek u kif nipproċessawha, konsistentement mal-liġijiet u regolamenti eżistenti filwaqt li nipprovduk b’esperjenza sodisfaċenti tul iż-żjara tiegħek f’dan is-Sit.
Data personali miġbura f’dan is-Sit tinkludi l-cookies. Jekk jogħġbok ikkonsulta Regoli dwar il-Cookies tagħna għal informazzjoni aktar dettaljata dwar l-użu tal-cookies fuq dan is-Sit.
Il-kontrollur tad-data li jipproċessa l-attivitajiet li jsiru fuq dan is-Sit huwa Identità, ta’ Triq il-Wied, l-Imsida, MSD 9020, Malta.
Tista’ ssir komunikazzjoni mal-Uffiċjal responsabbli mill-Protezzjoni tad-Data fuq [email protected]
i. Viżitaturi tas-Sit
F’każ li inti sempliċiment dort is-Sit mingħajr ma lloggjajt bl-eID tiegħek jew mingħajr ma xtrajt xi ċertifikati u għalhekk titqies bħala “Viżitatur tas-Sit”, l-għan tal-ġbir tad-data personali tiegħek huwa sabiex ikollok permess li taċċessah, ittejjeb il-kontenut, il-funzjonalità tas-servizzi li noffrulek permezz tas-sit, u għal skopijiet dijanjostiċi u ta' sigurtà. Il-bażi legali tiddependi fuq l-interess leġittimu tagħna li niġbru u nipproċessaw tali data.
ii. Utenti tal-eID
F’każ li inti tilloggja fis-Sit bl-eID tiegħek, l-iskop għall-ġbir tad-data personali tiegħek ikun sabiex inti tkun identifikat u jkunu jistgħu jimtlew minn qabel ċerti dettalji meħtieġa sabiex tixtri ċertifikat. F’dan il-każ, il-bażi legali hija wkoll l-interess leġittimu tagħna li noffru livell ta’ servizz effiċjenti, mħaffef u għoli fil-kwalità.
iii. Xerrejja ta’ Ċertifikat/i
F’każ li inti tixtri ċertifikat jew aktar, anke jekk tilloggja bl-eID tiegħek jew le, l-iskop għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek huwa sabiex jippermettilek tixtri ċertifikati tar-Reġistru Pubbliku, kif preskritt mil-liġi. F’dan il-każ, il-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek huwa sabiex tipproċessa t-twettiq ta’ kompitu mwettaq fil-vesti ta’ awtorità pubblika minn Identità u f’konformità ma’ obbligu legali (Art. 252.2 tal-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta).
F’każ li inti viżitatur tas-Sit u/jew Utent tal-eID, id-data personali tiegħek tista’ tiġi aċċessata mill-fornituri responsabbli, f’każ ta’ bżonn ta’ manutenzjoni teknika tas-Sit.
F’każ li int (ukoll) xerrej ta’ Ċertifikat, minbarra dan ta’ hawn fuq, id-data personali tiegħek tiġi kondiviża mal-entità responsabbli mill-ipproċessar tal-pagamenti tiegħek għaċ-ċertifikati mixtrija u t-tariffi tal-posta. Id-data personali tiegħek se tingħata wkoll lis-servizz postali fdat bit-twassil taċ-ċertifikat(i) ordnat(i) minnek.
Huwa possibbli li f’ċerti każijiet, Identità, bħala kontrollur tad-data tintalab tiżvela ċerta data personali tiegħek lil entitajiet Governattivi oħra u/jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Tista’ sserraħ rasek li dan iseħħ biss fejn ikun hemm bażi legali valida, sabiex ikun hemm skambju ta’ din it-tali data. Identità ma tittrasferixxix id-data personali tiegħek lil pajjiżi terzi u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali.
Id-data personali tal-viżitaturi tas-sit, li tinkludi wkoll dettalji relatati mal-aċċess tinżamm għal sitt xhur.
Data personali ta’ utenti tal-eID tinżamm skont kif inhu indikat f’sezzjoni 9.4 tal-Ftehim mal-Abbonat tal-eID jew eRP.
Data personali tax-xerrej taċ-ċertifikat tinżamm fir-rekords tar-Reġistru Pubbliku għal għaxar snin. Rekords finanzjarji, bħal prova tal-ħlas, tinżamm skont kif inhu mniżżel fil-liġijiet rilevanti.
Tista’ tinvoka kwalunkwe wieħed mid-drittijiet elenkati hawn taħt, kif applikabbli, billi tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.
Għandek id-dritt li tikseb konferma mingħandna dwar jekk aħniex qed nipproċessaw id-Data Personali tiegħek jew le, u, fejn dan huwa l-każ, għandek dritt għal aċċess għad-Data Personali, tikseb informazzjoni dwar l-ipproċessar u kopja tagħha.
Għandek id-dritt li tikseb mingħandna mingħajr dewmien żejjed ir-rettifika ta’ Data Personali mhux preċiża dwarek. Fil-kuntest tal-għanijiet tal-ipproċessar, għandu jkollok id-dritt li tkun kompluta data personali tiegħek li ma tkunx kompleta, anke permezz ta’ provi supplimentari oħra.
F’ċerta każijiet, inti jista’ jkollok dritt li d-data personali tiegħek titħassar.
F’każ li tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet legali, għandek id-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-Data Personali tiegħek.
M’għandekx id-dritt li tmexxi d-data personali tiegħek għaliex aħna ma nipproċessawx id-data tiegħek abbażi tal-kunsens tiegħek jew abbażi ta’ kuntratt. Madankollu, int tista’ dejjem titlob li taċċessa d-data personali tiegħek.
Int għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali fi kwalunkwe ħin, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek. F’dak il-każ aħna mhux se nipproċessaw id-data personali tiegħek, sakemm ma nistgħux nuru raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jwarrbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali.
Tista’ tressaq ilment mal-awtorità konċernata tal-Istat Membru fejn tgħix jew fejn qiegħed il-post tax-xogħol tiegħek jew tal-pajjiż fejn sar l-allegat ksur tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Id-Data Personali mhijiex oġġett ta’ teħid awtomatiku ta’ deċiżjonijiet u lanqas biex issir analiżi tal-profil.
Jekk ikun hemm bidla f’din il-Politika, aħna naġġornaw din il-paġna b’kontenut ġdid. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek li tiċċekkja din il-paġna kull darba li inti taċċessa dan is-Sit sabiex tkun infurmat bi kwalunkwe tibdil li jista’ jkun hemm minn żmien għall-ieħor.