POLITIKA DWAR IL-COOKIES

Ir-Reġistru Pubbliku huwa kommess li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit elettroniku. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali tiegħek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex volontarjament permezz tal-formoli online.

X’inhi Cookie?

Cookie hija biċċa data żgħira li sit elettroniku jitlob lill-browser tiegħek biex iżomm fil-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma ssettjati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jinżammu fuq il-brawżer tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jitneħħew awtomatikament wara li tiskadi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent. Huwa importanti li wieħed jinnota li hemm grupp ta’ cookies li mingħajrhom is-sit elettroniku ma jistax jiffunzjona b’suċċess u l-imblukkar tagħhom jikkomprometti l-funzjonalità tas-sit elettroniku. Dawn il-cookies huma magħrufa bħala Cookies Strettament Meħtieġa.

Liema tip ta’ cookies juża dan is-sit elettroniku?

Din is-sit elettroniku juża t-tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:

  • Cookies tas-sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit elettroniku. Dan it-tip ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser;
  • Cookies permanenti: dawn il-cookies ma jitilqux wara li utent joħroġ mis-sit elettroniku. Huma għandhom data speċifika ta’ skadenza bil-cookie tkompli tittrasmetti informazzjoni lis-server tas-sit elettroniku kull darba li utent iżur is-sit, sakemm tasal id-data ta’ skadenza. Dawn il-cookies jintużaw ukoll biex l-utenti jinżammu lloggjati f’ċertu sit elettroniku;
  • Cookies tal-ewwel parti: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit elettroniku. Dan it-tip ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser;
  • Cookies ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma ssettjati minn dominji oħra barra minn dan is-sit elettroniku u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ dawn il-cookies fuq dan is-sit elettroniku huwa ristrett u permess biss għall-iskop li jiġu inkorporati l-filmati ta’ YouTube, ta’ informazzjoni li juru kif tuża dan is-sit sabiex tixtri ċertifikati.

Hawn taħt hawn lista tal-cookies speċifiċi li nużaw u deskrizzjoni ta’ dak li jagħmlu:

Cookie Fornitur Skadenza Deskrizzjoni
OCO_SessjoniId ASP.net Tmiem tas-sessjoni Jidentifika s-sessjoni tal-utenti fuq is-server fejn is-sessjoni hija żona fuq is-server użata biex jinħażen l-istat tas-sessjoni bejn rikjesti HTTP.
OCO_CSRF ASP.net Tmiem tas-sessjoni Token kontra l-falsifikazzjoni wżat biex jidentifika u jivverifika kwalunkwe informazzjoni jew identità mdaħħla fis-sit.
Cookie kunsens L-ewwel parti Sena Jidentifika jekk l-utent aċċettax jew irrifjutax l-attivazzjoni tal-cookies.
Kultura L-ewwel parti Sena Jiddetermina l-lingwa li biha jintwera is-sit elettroniku, f’każi fejn l-utenti jistgħu jaqilbu bejn il-Malti u l-Ingliż.

Kif nista’ nħassar jew inneħħi l-cookies?

B’mod ġenerali, jekk il-brawżer tiegħek MHUX ikkonfigurat, awtomatikament, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, tista’ tikkonfigura manwalment il-browser tiegħek biex jew tirrifjuta l-cookies jew il-kontroll kollha li l-cookies huma ssettjati fuq it-tagħmir tiegħek permezz ta’ dan is-sit. Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif tagħmel l-issettjar tal-konfigurazzjoni meħtieġ billi żżur:
http://www.allaboutcookies.org/manage-cookies/.

Il-cookies għal dan is-sit elettroniku jistgħu jiġu aġġornati mill-paġna tas-settings tal-cookies.

Maltese English
Processing Request